Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2023 –
BZ vs BĊE

(Kawża T‑162/21) ( 1 )

“Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Ilment għal diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku – Investigazzjoni amministrattiva interna – Eżekuzzjoni b’mod ekwivalenti ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Artikolu 266 TFUE – Ittra ta’ apoloġija – Eżistenza ta’ obbligu ta’ kunfidenzjalità – Responsabbiltà – Dannu morali”

1. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew – Rikors kontra d-deċiżjoni li tiċħad ir-rikors speċjali – Effett – Tressiq tal-att ikkontestat quddiem il-qorti – Eċċezzjoni – Deċiżjoni li ma għandhiex natura konfermattiva – Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni li tinsab fiha

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90; Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikoli 9(c) u 41); Regoli applikabbli għall-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 8.1)

(ara l-punti 37 sa 39, 57)

2. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita – Att ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata – Att individwali li jistabbilixxi kumpens – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni

(Artikolu 277 TFUE)

(ara l-punt 70)

3. 

Proċedura ġudizzjarja – Proċedura bil-miktub – kontroreplika – Preżentazzjoni ta’ osservazzjonijiet bil-miktub dwar il-kontroreplika – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 83)

(ara l-punti 77 sa 79)

4. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Identifikazzjoni tal-motivi mis-sustanza tagħhom u mhux mill-klassifikazzjoni formali tagħhom

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punt 98)

5. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew – Deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Nuqqas ta' motivazzjoni – Regolarizzazzjoni fl-istadju tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors speċjali

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 109 sa 111)

6. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta' eżekuzzjoni – Portata – Eżekuzzjoni li tiltaqa’ ma ostakoli kbar – Kumpens ekwu għall-iżvantaġġ li rriżulta għall-persuna kkonċernata mid-deċiżjoni annullata – Obbligu għall-amministrazzjoni li tistabbilixxi djalogu mal-persuna kkonċernata sabiex jintlaħaq qbil dwar il-kumpens ekwu – Assenza

(Artikolu 266 TFUE)

(ara l-punti 119 sa 121, 125, 173)

7. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Ġurisdizzjoni sħiħa – Kumpens għad-dannu materjali marbut mat-telf ta’ opportunità – Evalwazzjoni – Kriterji

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))

(ara l-punti 144 sa 145)

8. 

Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Dannu – Oneru tal-prova

(ara l-punti 204, 205)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

BZ u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


( 1 ) ĠU C 189, 17.5.2021.