14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 119/49 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2022 – Společnost pro eHealth databáze vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-731/21 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u għall-Kompetittività (2007 sa 2013) - Irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2022/C 119/70)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Společnost pro eHealth databáze, a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Konečný, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, B. Araujo Arce u J. Hradil, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 6597 final tat-2 ta’ Settembru 2021 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 861 263 flimkien mal-interessi moratorji kif ukoll ta’ ammont għal kull jum ta’ dewmien b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2021.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |