|
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/38 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Rooken et vs Il-Parlament
(Kawża T-723/21 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membri tal-Parlament - Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2022/C 95/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Robert Jan Rooken (Muiderberg, il-Pajjiżi l-Baxxi) u t-8 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru f’anness mad-digriet (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru, u L. Panepinto, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2021 dwr regoli eċċezzjonali fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà li jirregolaw l-aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
Id-digriet tal-15 ta’ Novembru 2021, Rooken et vs Il-Parlament (T-723/21 R), huwa rrevokat. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |