14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/49


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-717/21 R)

(“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 119/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ICA Traffic GmbH (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hertwig u C. Vogt, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Mantl, B. Araujo Arce u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata ma tkomplix bl-akkwist, imħabbar mill-istqarrija għall-istampa tagħha tal-21 ta’ Settembru 2021, ta’ 100 robot ta’ diżinfezzjoni addizzjonali abbazi tal-konklużjoni ta’ wieħed mill-kuntratti qafas li jirrigwardaw il-kunsinna ta’ numru massimu ta’ 200 robot ta’ diżinfezzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kwalunkwe miżura provviżorja neċessarja għas-salvagwarda tal-istatu quo.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.