22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2022 – Compass Tex vs EUIPO (Trusted Handwork)

(Kawża T-704/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Trusted Handwork - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 318/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Compass Tex Ltd (Tsuen Wan, Hong Kong, (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2021 (Kawża R 0034/2021-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Trusted Handwork bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compass Tex Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.