27.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Steinbach International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-566/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Maqgħuda - Subintestaturi tariffarji - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)

(2023/C 71/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Steinbach International GmbH (Schwertberg, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Gesinn, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Salyková u L. Mantl, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/957 tal-31 ta’ Mejju 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2021 L 211, p. 48).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli

2)

Steinbach International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 490, 6.12.2021.