25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2022 – VP vs CEDEFOP

(Kawża T-534/21) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Talba għal tiġdid tal-kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni li l-kuntratt ma jiġġeddidx - Rikors għal annullament u għad-danni - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Inammissibbiltà manifesta”)

(2022/C 284/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Ic-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: A. Guillerme, T. Bontinck, L. Burguin u T. Payan, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tat-2 ta’ Marzu 2021, u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu li hija allegatament subiet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

VP hija kkundannata ssostni l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.