3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/39 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2021 – Abenante et vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-527/21 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (UE) 2021/953 - Ċertifikat COVID diġitali tal-UE - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2022/C 2/54)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Stefania Abenante (Ferrare, l-Italja) u l-423 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness tad-digriet (rappreżentant: M. Sandri, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Rodrigues u P. López-Carceller, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u S. Scarpa Ferraglio, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 3(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU 2021, L 211, p. 1)
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |