20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2022 – XH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-522/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020 - Deċiżjoni li tirrifjuta li timmodifika l-fajl Sysper 2 tar-rikorrenti - Deċiżjoni li ma tiġix promossa r-rikorrenti - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Natura ta’ ordni pubbliku - Punt ta’ tluq - Talba għal għajnuna legali - Sospensjoni tat-termini - Komputazzjoni tat-termini - Tardività - Każ fortuwitu jew forza maġġuri - Żball skużabbli - Inammissibbiltà”)

(2023/C 63/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: XH (rappreżentant: K. Górny-Salwarowska, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff, L. Hohenecker u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Novembru 2020 li tirrifjuta li timmodifika l-fajl Sysper 2 tagħha, ikkonfermata b’deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment tagħha, it-tieni, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 li ma tinkludix isimha fil-lista tal-uffiċjali promossi fl-2020, ikkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment tagħha u, it-tielet, il-kumpens tad-dannu subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

XH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 237, 20.6.2022.