5.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/45 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2022 – European Paper Packaging Alliance vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-518/21) (1)
(Rikors għal annullament - Ambjent - Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss - Direttiva (UE) 2019/904 - Tnaqqis tal-effett ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent - Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors - Inammissibbiltà)
(2022/C 463/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Paper Packaging Alliance (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Haasbeek, aġent)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-punti 2.1.2 u 2.2.1 kif ukoll tat-tabelli 4-2 u 4-8 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss b’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU 2019, L 155, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
Il-European Paper Packaging Alliance għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent. |
4) |
Il-European Paper Packaging Alliance, il-Kummissjoni, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Parlament u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talba għal intervent. |