25.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 284/36 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2022 – Girardi vs EUIPO
(Kawża T-497/21) (1)
(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rappreżentazzjoni quddiem l-EUIPO - Notifika ta’ irregolarità fis-setgħa li wieħed jaġixxi bħala rappreżentant quddiem l-EUIPO - Att li ma jitax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”)
(2022/C 284/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Giovanna Paola Girardi (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Predonzani u A. Söder, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel nett, l-annullament tal-att li permezz tiegħu l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) innotifikaha fl-14 ta’ Ġunju 2021, bl-irregolarità ta’ talba għal nullità li hija kienet ippreżentat taħt ir-riferiment 000050057 C, kif ukoll kull fajl ieħor li fih ir-rikorrent jew id-detentur rappreżentat minnha jkollu r-residenza permanenti tiegħu barra mill-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, li jiġi ddikjarat illegali l-Anness 1 għat-Taqsima 5 tal-Parti A tal-Linji gwida tal-EUIPO relatati mal-eżami tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan l-anness jikkonċerna r-rappreżentanza professjonali tal-avukati Spanjoli quddiem l-Uffiċċju.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
L-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk ta’ Giovanna Paola Girardi, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-497/21 R. |