19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/73


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2022 – Anglofranchise vs EUIPO – Bugrey (BOY LONDON)

(Kawża T-439/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 359/91)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Anglofranchise Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi, N. Parrotta u R. Perotti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yuliya Bugrey (Milano, l-Italja) rappreżentant: D. Russo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2021 (Każ R 459/2020-5), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Yuliya Bugrey u Anglofranchise.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Anglofranchise Ltd u Yuliya Bugrey huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.