19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2022 – TO vs EEA

(Kawża T-434/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Deċiżjoni mhux ikkontestata fit-termini - Awtorità ta’ res judicata - Impenn kundizzjonat meħud mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ fil-kuntest ta’ ftehim bonarju milħuq barra mill-Qorti Ġenerali - Offerta ta’ ftehim bonarju mhux milqugħa mir-rikorrent - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”)

(2022/C 165/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TO (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, fl-ewwel lok, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2020 li permezz tagħha l-EEA, minn naħa, tirrifjuta li teżegwixxi s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2019, TO vs EEA (T-462/17, mhux ippubblikata, EU:T:2019:397), u, min-naħa l-oħra, tiċħad it-talbiet mressqa mir-rikorrenti fis-16 ta’ Settembru 2020 u, fit-tieni lok, għall-kundanna tal-EEA sabiex tħallas lir-rikorrenti, l-ewwel, l-ammonti korrispondenti għall-allowance ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg u għall-allowance tal-installazzjoni, flimkien mal-interessi mit-22 ta’ Settembru 2016, it-tieni, somma ta’ EUR 20 000 bħala kumpens għall-allegat dannu morali subit minħabba l-iżvelar lil terzi tad-data personali tagħha u, it-tielet, somma ta’ EUR 20 000 bħala kumpens għall-allegat dannu morali subit minħabba r-rifjut li tikkomunikalha l-iskambju ta’ korrispondenza li seħħet mal-avukat preċedenti tagħha kemm qabel kif ukoll wara l-għoti ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

TO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).


(1)  ĠU C 349, 30.8.2021.