27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2021 – Aloe Vera of Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 1925/2006 - Sustanzi projbiti, ristretti, jew taħt skrutinju Komunitarju - Regolament (UE) 2021/468 - Projbizzjoni ta’ preparati magħmulin minn weraq tal-ispeċijiet ta’ aloe li fihom derivati tal-idrossiantraċen - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 391/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Aloe Vera of Europe BV (B. Van Vooren, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Farrell u B. Rous Demiri, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/468 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen (ĠU 2021, L 96, p. 6), għal disa’ xhur mid-data ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.