8.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/41


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2021 – Firearms United Network et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-187/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Emenda tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Restrizzjoni li tikkonċerna ċ-ċomb u l-komponenti tiegħu - Użu tal-pritkuni taċ-ċomb - Protezzjoni tal-artijiet mistagħdra - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 452/51)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Firearms United Network (Varsavja, il-Polonja), Tomasz Walter Stępień (Żelechów, il-Polonja), Michał Budzyński (Cegłów, il-Polonja), Andrzej Marcjanik (Złotokłos, il-Polonja) (rappreżentant: E. Woźniak, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/57 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward iċ-ċomb fil-pritkuni sparati fl-artijiet mistagħdra jew fl-inħawi tagħhom (ĠU 2021, L 24, p. 19).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.