24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/32 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2021 – RG vs Il-Kunsill
(Kawża T-157/21) (1)
(“Rikors għal annullament - Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn, minn naħa, l-Unjoni u l-Euratom u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni - Mekkaniżmu ta’ konsenja fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest - Persuna arrestata u miżmuma fl-Irlanda wara t-tmiem tal-perijodu ta’ transizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest maħruġ mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ transizzjoni - Nuqqas ta’ assenjazzjoni individwali - Att mhux regolatorju - Inammissibbiltà”)
(2022/C 37/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: RG (rappreżentant: R. Purcell, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, J. Ciantar u A. Stefanuc, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 tad-29 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (ĠU 2020, L 444, p. 2).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tal-Irlanda u tal-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
RG huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minbarra dawk relatati mat-talbiet għal intervent. |
4) |
RG, il-Kunsill, l-Irlanda u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet tal-intervent. |