17.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2021 – QC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-77/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Deċiżjoni li tistabbilixxi n-numru ta’ snin ta’ servizz - Kompetenza limitata - Rikors għal annullament u għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Assenza ta’ bidu ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Inammissibbiltà - Talba għal ħruġ ta’ ordni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”)

(2022/C 24/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QC (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tal-avviż dwar l-istabbiliment tad-drittijiet għall-pensjoni tas-6 ta’ April 2020, u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrent allegatament sofra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt, parzjalment bħala inammissibbli u parzjalment minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwaru.

2)

QC huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 19.4.2021.