10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/55


Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2021 – Ciano Trading & Services CT & S et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 182/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent(i): Ciano Trading & Services CT & S SpA (Fiumicino, l-Italja) Silvia Brizio (Venaria Reale, l-Italja), Laurence André (Grivegnée, il-Belġju), Lidia Pacitti (Neder-over-Heembeek, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Gillet u S. Van Besien, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Van Noyen u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, b’mod partikolari u essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2020 li tannulla s-sejħa għall-offerti OIB/2019/CPN/0039 għall-konklużjoni ta’ kuntratt għall-ġestjoni/operat ta’ konċessjoni ta’ servizzi ta’ forniment sostenibbli kollettiv ta’ ikel, inklużi servizzi ta’ ikliet, ta’ xorb għal-laqgħat kif ukoll ikel għat-tfal.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.