19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023 – Activa – Grillküche vs EUIPO – Targa (Apparat għax-xiwi)

(Kawża T-757/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat għax-xiwi - Żvelar tad-disinn preċedenti - Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2023/C 216/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Activa – Grillküche GmbH (Selb, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Stangl u M. Würth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaitė-Orlovskienė u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Targa GmbH (Soest, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Activa – Grillküche GmbH, titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 1651/2020-3)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Activa – Grillküche GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022.