|
31.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 418/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2022 – Peace United vs EUIPO – 1906 Collins (bâoli)
(Kawża T-754/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva bâoli - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin - Użu ħażin ta’ dritt”)
(2022/C 418/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Peace United Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Artzimovitch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: 1906 Collins LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Mateu, avukata)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Settembru 2021 (Każ R 275/2020-2).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Peace United Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |