31.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Hangzhou Dingsheng Industrial Group et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-748/21) (1)
(“Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju mibgħuta mit-Tajlandja - Investigazzjoni kontra l-evażjoni - Evażjoni - Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Provi suffiċjenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2023/C 271/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hangzhou Dingsheng Industrial Group Co., Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina), Dingheng New Materials Co., Ltd (Rayong, it-Tajlandja), Thai Ding Li New Materials Co., Ltd (Rayong) (rappreżentanti: G. Coppo u G. Pregno, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, aġent)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1474 tal-14 ta’ Settembru 2021 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2384 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti foils tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti foils tal-aluminju kkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (JO 2021, L 325, p. 6).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Hangzhou Dingsheng Industrial Group Co., Ltd, Dingheng New Materials Co., Ltd u Thai Ding Li New Materials Co., Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |