|
19.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/71 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – TL vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-677/21) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2019 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Stabbiliment ta’ objettivi - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà”)
(2022/C 359/87)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: TL (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Hohenecker, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha għas-sena 2019 jew, sussidjarjament, l-annullament parzjali tiegħu u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Lulju 2021 li tiċħad l-ilment tagħha ppreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea kontra l-imsemmi rapport u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu morali li hija allegatament sostniet minħabba l-illegalità ta’ dan ir-rapport.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
TL hija kkundannata għall-ispejjeż. |