|
31.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 418/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2022 – Saure vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-651/21) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Korrispondenza tal-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet u t-termini ta’ kunsinna ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 ta’ BioNTech - Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet espliċiti adottati wara rifjut impliċitu ta’ aċċess - Assenza ta’ lis pendens minħabba l-inammissibbiltà ta’ rikors ieħor - Rifjut totali u parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu, il-protezzjoni tal-pariri legali, il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali u l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terza persuna”)
(2022/C 418/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans-Wilhelm Saure (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Partsch, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, G. Gattinara u A. Spina, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Awwissu 2021 li tagħtih aċċess parzjali għal ċerti dokumenti u li tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti oħra.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Hans-Wilhelm Saure huwa kkundannat għall-ispejjeż. |