30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Puma vs EUIPO – Vaillant (Puma)

(Kawża T-623/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Puma - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea PUMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Ħsara lir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 35/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schäfer, D. Stoyanova Valchanova u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vaillant GmbH (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Abrar, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1875/2019-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.