9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Lemken vs EUIPO (Sfumatura ta’ ċelest)

(Kawża T-621/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumatura ta’ ċelest - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001”)

(2023/C 7/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lemken GmbH & Co. KG (Alpen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Kuschel u W. von der Osten-Sacken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2037/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lemken GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.