14.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Blueroots Technology vs EUIPO – Rezk-Salama u Breitlauch (SKILLTREE STUDIOS)

(Kawża T-607/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SKILLTREE STUDIOS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 432/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Blueroots Technology GmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Huber-Erlenwein, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christof Rezk-Salama (Trier, il-Ġermanja), Linda Breitlauch (Trier) (rappreżentanti: F. Weber, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2218/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Blueroots Technology GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.