9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – WP et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-604/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Pensjonijiet - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Talba għall-ħlas lura tal-ammont tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali ttrasferiti - Ċaħda tat-talba - Regola tal-‘minimu li jiggarantixxi l-għajxien’ - Arrikkiment indebitu - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2023/C 7/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: WP, WQ, WR (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti, fil-kapaċità tagħhom ta’ aventi kawża ta’ A, jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2020 li tiċħad it-talba ta’ ħlas lura tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali miksuba minn din il-persuna qabel il-mewt tagħha u ttrasferiti lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment imressaq mill-imsemmija persuna taħt l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

WP, WQ u WR huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 452, 8.11.2021.