|
5.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – bett1.de vs EUIPO – XXXLutz Marken (Body-Star)
(Kawża T-599/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Body-Star - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Bodyguard - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament”)
(2022/C 463/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: bett1.de GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Brexl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Markakis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1712/2020-2).
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1712/2020-2) hija annullata sa fejn tikkonċerna s-“saqqijiet, koperturi tas-saqqijiet, sodod, oqsfa tas-sodda, pjanċi għas-sodod, materjal tal-friex (minbarra bjankerija), kuxins, imħaded, imħaded għas-sostenn tal-għonq, sodod tal-ilma, saqqijiet pnewmatiċi” fil-klassi 20 u “koperturi tas-sodda, bjankerija tas-sodda u kutri, għatien tas-saqqijiet, kisjiet tas-saqqijiet u tal-imħaded, sleeping bags” fil-klassi 24. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |