22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products u Koopman International (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)
(Kawża T-578/21) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002”)
(2023/C 179/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Wuttke u J. Lewandowski, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. van den Bergh, A. van Hoek u B. Brouwer, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1009/2018-3).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Tinnus Enterprises LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Koopman International BV. |