19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/69


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Brand Energy Holdings vs EUIPO (RAPIDGUARD)

(Kawża T-573/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea RAPIDGUARD - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Dritt għal smigħ”)

(2022/C 359/84)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Brand Energy Holdings BV (Vlaardingen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Hönninger u F. Dechent, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 294/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brand Energy Holdings BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.