3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2023 – Lyubetskaya vs Il-Kunsill

(Kawża T-556/21) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam ta’ ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2023/C 235/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Sviatlana Lyubetskaya (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: D. Litvinski, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-C. Cadilhac u S. Saez Moreno, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 219 I, p. 70, rettifika fil-ĠU 2022, L 323, p. 106), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/997 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 219 I, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 323, p. 107), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sviatlana Lyubetskaya hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 11, 10.1.2022.