17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Worldwide Brands vs EUIPO – Wan (CAMEL)

(Kawża T-552/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CAMEL - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 - Assenza ta’ evalwazzjoni ta’ ċerti provi ppreżentati”)

(2023/C 134/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Worldwide Brands, Inc. Zweigniederlassung Deutschland (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, R. Ahijón Lana u B. Tomás Acosta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eric Guangyu Wan (Vancouver, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentanti: V. Piccarreta u G. Romanelli, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1548/2020-1).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1548/2020-1) hija annullata sa fejn żammet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-“qomos”.

2)

L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Worldwide Brands, Inc. Zweigniederlassung Deutschland matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Eric Guangyu Wan għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.