22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

(Kawża T-535/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2023/C 179/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Wuttke u J. Lewandowski, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1004/2018-3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tinnus Enterprises LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.