|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/25 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Lotion vs EUIPO (BLACK IRISH)
(Kawża T-498/21) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BLACK IRISH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)
(2022/C 432/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Lotion LLC (Woodland Hills, California, l-Istati Uniti) rappreżentant: A. Deutsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Permezz ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 199/2021-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Lotion LLC hija kkundannata għall-ispejjeż. |