|
19.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/68 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – TL vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-438/21) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Fastidju psikoloġiku - Responsabbiltà”)
(2022/C 359/82)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: TL (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ottubru 2020 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ xogħol tagħha u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2021 li tiċħad l-ilment tagħha ppreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea kontra l-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li hija allegatament sostniet minħabba dawn l-atti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
TL hija kkundannata għall-ispejjeż. |