22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Plusmusic vs EUIPO – Groupe Canal + (+music)
(Kawża T-344/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea +music - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti + - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade mark preċedenti akkwistat permezz tal-użu”)
(2023/C 179/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Plusmusic AG (Dietikon, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Maier u A. Spieß, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: M. Georges-Picot u C. Cuny, avukati)
Suġġett
Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ April 2021 (Każ R 1236/2020-5).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ April 2021 (Każ R 1236/2020-5) hija annullata sa fejn tikkonkludi li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni għall-prodotti u għas-servizzi inklużi fil-klassijiet 11, 25, 35, 37 u 42. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
3) |
Plusmusic AG, l-EUIPO u Groupe Canal + għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |