5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – ALO jewelry CZ vs EUIPO – Cartier International (ALOve)

(Kawża T-288/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALOve - Trade mark internazzjonali figurattivia preċedenti LOVe - Raġuni relattiva għal rifjut - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 340/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ALO jewelry CZ s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: K. Čermák, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cartier International AG (Steinhausen, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Zalewska, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Marzu 2021 (Każ R 2679/2019-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ALO jewelry CZ s. r. o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.