11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2022 – Sturz vs EUIPO – Clatronic International (STEAKER)

(Kawża T-261/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STEAKER - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament 2017/1001) - Dritt għal smigħ - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2022/C 266/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Manfred Sturz (Schorndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Clatronic International GmbH (Kempen, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Herbort, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Marzu 2021 (Każ R 214/2020-2) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STEAKER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea, li permezz tagħha l-Bord tal-Appell qies li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni kienet deskrittiva tal-prodotti inkwistjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Manfred Sturz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 289, 19.7.2021.