20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2022 – Dorit-DFT vs EUIPO – Erwin Suter (DORIT)

(Kawża T-208/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali DORIT - Ismijiet ta’ kumpanniji nazzjonali preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma huwiex biss lokali - Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 237/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dorit-DFT Fleischereimaschinen GmbH (Ellwangen, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Strauß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Erwin Suter AG Maschinenfabrik Retus (Kölliken, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Brecht, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Frar 2021 (Każ R 127/2020-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dorit-DFT Fleischereimaschinen u Erwin Suter Maschinenfabrik Retus.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dorit-DFT Fleischereimaschinen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.