21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Lück vs EUIPO – R. H. Investment (MALLE)

(Kawża T-188/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MALLE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001 - Natura ineffettiva tal-motiv uniku”)

(2022/C 84/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Jörg Lück (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: R. H. Investment UG (haftungsbeschränkt) (Erlangen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Metzner u M. Scheiner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2020 (Każ R 1393/2020-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn R. H. Investment u M. Lück.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jörg Lück huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.