27.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – LG Electronics vs EUIPO – Anferlux-Electrodomésticos (SmartThinQ)

(Kawża T-181/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SmartThinQ - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti SMARTTHING - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Traduzzjoni tal-lista tal-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti fil-lingwa tal-kawża - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti”)

(2022/C 244/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Anferlux-Electrodomésticos, Lda (Vila Nova de Monsarrros, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2021 (Każ R 1657/2020-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Anferlux-Electrodomésticos u LG Electronics.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LG Electronics, Inc., għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.