16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/21) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - ‘Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe’ - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta r-raġunijiet għalfejn ma jiġux adottati l-proposti ta’ atti legali li jinsabu fl-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 15/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” (rappreżentant: T. Hieber, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, I. Rubene, E. Stamate u D. Drambozova, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: T. Papadopoulou, aġent), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: E. Drugda, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 171 final tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ellenika, l-Ungerija u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.