10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Apologistics vs EUIPO – Kerckhoff (apo-discounter.de)

(Kawża T-140/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva apo-discounter.de - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin”)

(2022/C 191/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Apologistics GmbH (Markkleeberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Golliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Markus Kerckhoff (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Diċembru 2020 (Każ R 1439/2019-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn M. Kerckhoff u Apologistics.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Apologistics GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.