27.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – Kampete vs Il-Kunsill

(Kawża T-110/21) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)

(2022/C 244/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinshasa, Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u H. Marcos Fraile, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2020, L 419, p. 30), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2020, L 419, p. 5), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ilunga Kampete huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.