31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Jieyang Defa Industry vs EUIPO – Mattel (Ras ta’ pupa)

(Kawża T-84/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta ras ta’ pupa - Disinn preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2022/C 51/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jieyang Defa Industry Co. Ltd (Jieyang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: C. Bercial Arias u F. Codevelle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Mattel, Inc. (El Segundo, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Pompe-Ciszewska u P. Mleczak, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2020 (Każ R 2021/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mattel u Jieyang Defa Industry Co.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jieyang Defa Industry Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.