31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Vantaġġ - Kriterju tal-ħtieġa reali - Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”)

(2023/C 271/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating, I.-G. Metaxas-Maranghidis u D. Pérez de Lamo, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. Carpi Badía u C. Georgieva, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Maceroni u A.-L. Meyer, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament de la Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1671 tat-2 ta’ Awwissu 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47867 2018/C (ex 2017/FC) implimentata minn Franza għal Ryanair u għal Airport Marketing Services (ĠU 2020, L 388, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.