23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Bowden u Young vs Europol

(Kawża T-72/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Persunal tal-Europol - Irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni - Telf tan-nazzjonalità ta’ Stat Membru - Xoljiment tal-kuntratt - Artikolu 47(b)(iii) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Talba għal deroga mill-kundizzjoni tal-impjieg stabbilita fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Rifjut li tingħata deroga - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt ta’ smigħ - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġjonevoli - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Interess tas-servizz - Dmir ta’ premura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 24/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ian James Bowden (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi), Janey Young (Den Haag) (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: A. Nunzi, O. Sajin u C. Falmagne, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), tat-30 ta’ Marzu 2020, li permezz tagħhom din ċaħdet li tagħtihom deroga mill-kundizzjoni ta’ nazzjonalità stabbilita fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-Impjieg”) u, konsegwentement, temmet il-kuntratti rispettivi tagħhom abbażi tal-Artikolu 47(b)(iii), tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ian James Bowden u Janey Young huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021.