31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – QB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/21) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta’ għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni - Attività professjonali prinċipali - Servizzi mwettqa għal Stat ieħor)

(2022/C 51/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QB (rappreżentant: R. Wardyn, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2020 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni li ċaħad lir-rikorrent l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

QB huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 26.4.2021.