27.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2022 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/21) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Obbligu li jiżdiedu l-kontrolli fuq il-post - Artikolu 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) no 809/2014 - Valur legali tad-dokumenti tax-xogħol tal-Kummissjoni - Modalitajiet ta’ kalkolu taż-żieda tar-rati ta’ kontrolli fuq il-post”)

(2022/C 244/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Koós, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina, A. Sauka u Z. Teleki, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fu l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1734 tat-18 ta’ Novembru 2020 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2020, L 390, p. 10), biss sa fejn il-Kummissjoni Ewropea eskludiet is-somma ta’ EUR 4 334 068,02 tal-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lilha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2018 minħabba t-twettiq ta’ numru insuffiċjenti ta’ kontrolli fuq il-post.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1734 tat-18 ta’ Novembru 2020 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2020, L 390, p. 10), biss sa fejn il-Kummissjoni Ewropea eskludiet is-somma ta’ EUR 4 334 068,02 tal-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lilha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2018 minħabba t-twettiq ta’ numru insuffiċjenti ta’ kontrolli fuq il-post, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 88, 15.3.2021.