|
22.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 471/49 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Daw vs EUIPO (Muresko)
(Kawża T-32/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Muresko - Trade marks verbali nazzjonali preċedenti Muresko - Invokazzjoni tal-anzjanità tat-trade marks nazzjonali preċedenti wara r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 39 u 40 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Reġistrazzjoni tat-trade marks nazzjonali preċedenti li skadew fil-ġurnata tal-invokazzjoni”)
(2021/C 471/69)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Novembru 2020 (Każ R 1686/2020-4), dwar invokazzjoni tal-anzjanità tat-trade marks nazzjonali preċedenti identiċi għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Muresko Nru 15465719.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Daw SE hija kkundannata għall-ispejjeż. |